Do not destroy our green lungs

Alternattiva Demokratika today joined environmental NGOs in the appeal to save Villa Mechrech and its 18/19th century gardens from destruction.  Prof. Arnold Cassola, Alternattiva Demokratika Chairperson, said: “Following its disastrous and illegal decision on the Mistra project, MEPA has to be really careful in its decisions. Allowing the destruction of this green lung in the South of Malta would verge on insanity. Malta is under the serious attack of the construction lobby and a few irresponsible politicians, today led by Prime Minister Muscat, who are proposing all sorts of unsustainable schemes (unlimited heights for four/five star hotels, over 10 storey high rises in various parts of Malta, Sliema being condemned to perpetual shade through the raised 10 storey limit, etc.) to appease the building lobby that financed the PL Campaign.
“Changing from PN to PL has not changed anything: the greed of these politicians and their cronies, who are ready to sacrifice what little space there is left in Malta to further their egoistic political ambitions, is always there.”

Alternattiva Demokratika illum ingħaqdet ma’ għaqdiet ambjentali mhux governattivi fis-sejħa tagħhom biex tiġi salvata mill-qerda Villa Mechrech u l-ġonna tagħha li ilhom jeżistu mit-18 jew 19-il seklu.  Il-Prof. Arnold Cassola, ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, qal: “Wara d-deċiżjoni diżastruża u illegali dwar il-proġett tal-Mistra, il-MEPA trid toqgħod attenta ħafna fid-deċiżjonijiet tagħha. Li tippermetti l-qerda ta’ dan il-pulmun naturali fin-nofsinhar ta’ Malta tkun ġennata.  Malta qegħda taht attakk serju minn numru ta’ ispekulaturi u minn ftit politiċi irresponsabbli, illum immexxija mill-Prim Ministru Muscat, li qed jipproponu diversi skemi mhux sostenibbli (għoli minghajr limitu għal-lukandi ta’ erba’ u ħames stilel, bini ta’ aktar minn għaxar sulari f’diversi partijiet ta’ Malta, u b’tas-Sliema ikkundannata għal dejjem fid-dell hekk kif il-limitu tal-bini tela’ għal għaxar sulari, eċċ) biex jikkuntentaw lil-lobby tal-bini li ffinanzjaw il-kampanja tal-PL.

“Il-bidla mill-PN għall-PL ma bidlet xejn: ir-regħba ta’ dawn il-politiċi u sħabhom, li lesti jissagrifikaw il-ftit spazji li għad baqa’ f’Malta biex jissodisfaw l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom, hemm għadha u hemm baqgħet.”

FacebookEmail