Following the allegations published today in the Times of Malta newspaper it is obvious that Ian Borg’s position as minister is compromised and untenable. ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci said: “The next step should be obvious. ADPD – The Green Party is asking for Minister Borg’s immediate resignation. The country needs ministers one can trust and not people who are involved in criminal practices, vote-buying and in facilitating corruption for incompetents close to them and to Labour.”
This is another attack on the country’s democracy, it exacerbates the dangerous downward spiral of lack of trust in democratic institutions and those who lead them.
This scandal is yet another one in a series of scandals about which those responsible to take action are again dragging their feet to act. The Commissioner of Police has also a lot to answer for. He must explain why even though the Police have known for a year about the allegations regarding the involvement of Minister Ian Borg in the scandal of licenses issued by Transport Malta, once again they sat on this information for such a long time.
ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci said that once again Angelo Gafa and the Police Force have rendered themselves a shield for the filth in Robert Abela’s Cabinet.
***
Demokrazija taħt attakk, il-kapijiet tal-Pulizija tarka għall-ħmieġ
Wara dak li qiegħed jiġi allegat illum mill-gazzetta Times of Malta huwa inevitabbli li l-pożizzjoni ta’ Ian Borg bħala ministru hija kompromessa u mhux aċċettabbli. Iċ-Chairperson tal-partit Sandra Gauci qalet:”Huwa għalhekk li aħna tal-ADPD – The Green Party qed nitolbu għar-riżenja immedjata tiegħu. Il-pajjiż għandu bżonn ministri li tista’ tafda u mhux nies li mdeffsin fi prattiċi kriminali u prattiċi ta’ xiri ta’ voti jew biex jiġu aġevolati tal-qalba u l-inkompetenti.”
Dan hu attakk ieħor fuq id-demokrazija tal-pajjiż u musmar ieħor fil- qabar tal- fiduċja tal-poplu lejn min imexxihom.
Dan l-iskandlu hu iehor minn katina ta’ skandli li dwarhom min hu responsabbli qed ikaxkar saqajh biex jieħu passi. Għandu jwieġeb ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija. Għandu jispjega għaliex minkejja li l-Pulizija ilha sena taf bl-allegazzjoni dwar l-involviment tal-Ministru Ian Borg fl-iskandlu tal-liċenzji maħruġa minn Transport Malta ma għamlet xejn!
Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Sandra Gauci qalet li għal darboħra Angelo Gafa u l-korp tal-Pulizija irrendew ruħhom tarka għall-ħmieg fil-Kabinett ta’ Robert Abela.