A protest will be held on Thursday 27 July at 7pm outside Parliament in Valletta. We’ll be protesting the corruption, incompetence and carelessness which are leading to the unberable situation of repeated and long power cuts. We demand accountability for this situation.
It is evident that the country is on its knees due to continuous power cuts. This means a huge burden on families and businesses. Everyone is affected, but the most affected are the vulnerable who are already crushed by inflation and wages that do not meet their basic needs.
Instead of costly massive projects and an economic policy based on overdevelopment and speculation, which led to an overburdened and inadequate infrastructure we demand a wellbeing economy.
Urgent action is needed before it’s too late… see you in Valletta!
***
Korruzzjoni, inkompentenza u traskuraġni – il-Belt Valletta 27 ta’ Lulju
Niltaqgħu nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fis-7pm ħdejn il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta għal protesta kontra l-korruzzjoni, inkompentenza u traskuraġni li wasslet għas-sitwazzjoni tal-qtugħ ta’ dawl u biex nitolbu li jkun hemm kontabilità ta’ din is sitwazzjoni.
Huwa evidenti li l-pajjiż jinsab għarkubbtejh b’piż fuq familji u negozji: Kulħadd hu milqut, pero l-iktar li jħoss l-impatt ta’ dan kollu hu l-vulnerabbli li diġà hu mgħaffeġ bl-inflazzjoni u b’pagi li ma jwasslux biex jindirizzaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja.
Minflok proġetti li jinvolvu flejjes enormi u politika ekonomika bbażata fuq żvilupp ta’ bini bl-addoċċ u bla rażan li ma tistax tiġi sostnuta b’infrastruttura bażwija, għandna bżonn ekonomija li tħares lejn il-kwalita’ tal-ħajja.
Hemm bżonn azzjoni immedjata qabel ma jkun tard wisq… niltaqghu il-Belt!