Il-politika nadifa ma tiġx mix-xejn. Jeħtieġ li naħdmu għaliha kuljum. Lejl u nhar.
Vot alternattiv hu vot favur l-indafa u kontra t-tniġġis ta’ kull xorta. Tniġġis tal-ħajja pubblika minn nuqqas ta’ tmexxija tajba u korruzzjoni. Hu ukoll vot kontra t-tniġġis ambjentali li daqqa jeqred il-ħajja, u drabi oħra jtappan u jnaqqas il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.
Vot alternattiv hu vot favur l-indafa fil-ħajja pubblika kif ukoll vot favur il-ħarsien tal-ambjent.
Din il-kampanja elettorali qed isseħħ fi tmiem leġiżlatura ta’ erba’ snin li wriet kemm l-istituzzjonijiet tal-pajjiż huma dgħajfa. Huma dgħajfa tant li ma jistgħux jintervjenu kontra l-abbuż li jikber, flistess ħin li jkompli jherri dak li baqa’ mill-istituzzjonijiet.
L-istituzzjonijiet ħafna drabi jaħdmu fuq l-affarijiet sempliċi u ordinarji ta’ kuljum imma mbagħad huma dgħajfa fil-konfront ta’ abbuż li jew isir mill-istat inkella minn dawk li l-istat irid jipproteġi.
Fid-dawl ta’ dan, l-indafa hi l-aġenda tagħna. Hi aġenda li tibni mill-ġdid jew issaħħaħ l-istituzzjonijiet u tagħti lura d-dinjità lill-pajjiż billi tistabilixxi mill-ġdid l-indafa fil-ħajja pubblika bħala valur imfittex u mixtieq. Hi aġenda li tfittex li tirrestawra s-serjetà fil-ħajja pubblika u l-indafa madwarna fit-toroq, fl-arja, fl-art u filbaħar.
Idejn indaf fuq it-tmun tal-pajjiż. Nifs b’arja friska u nadifa. Ilma li nixorbu li jkun ċar u nadif. Ikel li ma jkunx ikkontaminat.
AD Manifest Elettorali 2017
Il-Kandidati Tiegħek
Marc'Andrea Cassar
l-1 Distrett (Il-Belt Valletta, Floriana, Il-Ħamrun, Il-Marsa, Tal-Pietà, Gwardamanġa, Santa Venera)
Mario Mallia
It-2 Distrett (Il-Birgu, L-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St Peter’s, Il-Fgura (parti), Il-Kalkara, Ix-Xgħajra)
It-8 Distrett (Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys, Is-Swatar (B’Kara), L-Iklin, Ħal Lija)
Christian Mizzi
It-2 Distrett (Il-Birgu, L-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St Peter’s, Il-Fgura (parti), Il-Kalkara, Ix-Xgħajra)
It-3 Distrett (Iż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Marsaxlokk)
Carmel Cacopardo
Ir-4 Distrett (Il-Fgura (parti),Il-Gudja, Paola, Santa Luċija, Ħal Tarxien)
Il-11-il Distrett (L-Imdina, Ħ’Attard, Il-Mosta, Burmarrad)
Pascal Aloisio
Il-5 Distrett (Birżebbuġa, Ħal Kirkop, L-Imqabba, Ħal Farruġ, Il-Qrendi, Ħal Safi, Iż-Żurrieq, Bubaqra)
It-8 Distrett (Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys, Is-Swatar (B’Kara), L-Iklin, Ħal Lija)
Simon Galea
Is-6 Distrett (Ħal Qormi, Is-Siġġiewi, Ħal Luqa)
It-12-il Distrett (Il-Mellieħa, In-Naxxar (parti), San Pawl il-Baħar)
Ralph Cassar
Is-7 Distrett (Ħaż-Żebbuġ (Malta), Ħad-Dingli, L-Imġarr, L-Imtarfa, Ir-Rabat (Malta), Il-Baħrija, Tal-Virtù)
Il-11-il Distrett (L-Imdina, Ħ’Attard, Il-Mosta, Burmarrad)
Arnold Cassola
Id-9 Distrett (Ħal Għargħur, L-Imsida, Is-Swatar (Msida), San Ġwann, Kappara, San Ġwann, Is-Swieqi, Madliena, Ta’ Xbiex)
L-10 Distrett (Il-Gżira, In-Naxxar (parti), Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema)
Danika Formosa

Luke Caruana
It-12-il Distrett (Il-Mellieħa, In-Naxxar (parti), San Pawl il-Baħar)
It-13-il Distrett (Għawdex)