Waqt konferenza stampa l-Belt Valletta, Alternattiva Demokratika – The Green Party qalet li l-budget ghandu jiehu xejra progressiva biex ikun jista’ jindirizza l-isfidi socjali, ekonomici u ambjentali li ghandha Malta.
Michael Briguglio, ic-Chairperson ta’ AD qal: “Ahna nixtiequ li jkun hemm qbil bejn il-partiti kollha rigward il-htiega li tizdied il-paga minima. Din iz-zieda hija mehtiega ghaliex ghalkemm l-ekonomija Maltija sejra mhux hazin fir-rigward ta’ holqien ta’ xoghol u livelli ta’ qaghad, hafna haddiema qeghdin isibuha difficli biex ilahhqu mal-hajja. Zieda fil-paga minima jista’ jkollha effetti socjali u ekonomici pozittivi fejn tidhol produttivita’ u flus fl-idejn. Nemmnu wkoll li z-zidiet tal-COLA ghandhom jibdew isiru kull sitt xhur biex b’hekk il-kumpens ghall-gholi tal-hajja ghall-haddiema ikun aktar realistiku u f’waqtu. Bhala partit responsabbli ahna nishqu li n-nefqa tal-Gvern ghandha tkun bilancjata permezz ta’ tassazzjoni progressiva u mizuri ohra bhal taxxa fuq djar vojta, mit-tielet propjeta’ ‘l fuq.”
Ralph Cassar, il-Kelliem ta’ AD ghall-Energija, Trasport u IT qal: “Fil-kuntest ta’ krizi imminenti fl-energija u l-politika insostenibbli f’dan is-settur, il-Gvern ghandu jaghti sinjali cari ta’ fiducja fl-energija li tiggedded billi jinvesti bil-qawwi f’energija mix-xemx u mir-rih u fi skemi ta’ energija mix-xemx li jintlahqu minn kulhadd. Aktar ma Malta tinvesti f’energija li tiggedded, inqas inkunu dipendenti fuq energija li thammeg bhaz-zejt u li x’aktarx se tkompli toghla fil-prezz. Nemmnu wkoll li filwaqt li l-uzu baziku ta’ energija ghandu jkun issussidjat mill-Gvern, il-hela ghandha tkun ippenalizzata. Qed insejhu wkoll ghal iktar investiment fit-trasport pubbliku u f’politika dwar l-uzu sostenibbli tal-ilma”.
Angele Deguara, il-Kelliema ta’ AD ghall-Politika Socjali u Drittijiet Civili, qalet: “Nixtiequ naraw budget li jfittex li jnaqqas l-inugwaljanzi u l-ingustizzja socjali. Hemm bzonn aktar mizuri li jaghmluha aktar facli biex certi gruppi vulnerabbli bhal nisa bi tfal zghar ikunu jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Mizuri favur il-familja jehtieg li jkunu aktar mifruxa kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat kemm ghall-irgiel kif ukoll ghan-nisa. Jehtieg li t-tnejn li huma jkunu jistghu isibu bilanc bejn ix-xoghol u l-hajja tal-familja. Id-dizabilita’ ukoll ghandha tinghata priorita’ fil-budget. Riforma urgenti f’dan ir-rigward hija l-bzonn li tizdied il-pensjoni tad-dizabilita’ li bhalissa hija biss 55 fil-mija tal-paga minima. Mizuri bhal dawn mhux biss iwessghu il-possbilita’ li persuna tilhaq il-potenzjal taghha imma huma wkoll ta’ beneficcju ghall-ekonomija.”