Approve Commissioner for Standards in Public Life

local_11_temp-1396330027-533a4e2b-620x348

With regards to the PN protest on Sunday, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “As a party in parliament and a party of the masses, the PN has every legitimate right to use its parliamentary and mass party means at its disposal.  We are not the PN and we use our methods. The PN is calling for a mass protest against corruption. However, we believe that the PN is not credible because of a number of events concerning exponents of the PN in the recent past.”

“It is a fact that the Konrad Mizzi affair gives rise to serious doubts on his behaviour. Therefore, we believe that the present and immediate crisis concerns ethics and morality in politics.  Apart from the fact that we do not accept that Minister Mizzi takes people for a ride, for us the absolute priority is that the bill to set up a Commissioner for standards in public life is approved immediately, so that the Commissioner would be able to investigate any suspicion of lack of ethics on the part of any politician.”

Approvaw l-abozz dwar il-Kummissarju tal-istandards fil-ħajja pubblika immedjatament

Rigward il-protesta msejjħa mill-PN għall-Ħadd li ġej, iċ-chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “Il-PN huwa partit parlamentari u tal-massa, u huwa ovvjament leġittimu li juza l-mezzi parlamentari u ta’ partit ta’ massa li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. Aħna m’aħniex il-PN u nuzaw il-metodi tagħna. Il-PN qed jgħajjat protesta kontra l-korruzzjoni. Nemmnu li din l-għajta tal-PN mhix kredibbli, minħabba numru ta’ ġrajjiet marbutin ma’ esponenti tal-PN fil-passat riċenti.”

“Hu minnu l-każ ta’ Konrad Mizzi jagħti lok għal dubji u suspetti serji dwar l-imgieba tiegħu.  Għalhekk, aħna nemmnu li l-krizi prezenti u immedjata hija wahda ta’ etika u ta’ moralita’ fil-politika. U għalhekk, apparti li ma naccettawx li l-Ministru Mizzi jitmellaħ bl-intelliġenza tan-nies, għalina l-prijorita’ assoluta hija li tiddaħħal immedjatament il-ligi li twaqqaf il-Kummissarju dwar l-istandards fil-ħajja pubblika, biex dan ikun jista’ jinvestiga kull suspett ta’ nuqqas ta’ etika minn kull politiku.”

FacebookEmail