Applikazzjonijiet ta’ membri tal-partit li jixtiequ jservu f’isem Alternattiva Demokratika se jintlaqgħu nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu 2019, bejn id-9am u s-1pm, f’uffiċċju li jinsab 51, Triq Isouard, Marsa (ħdejn l-iScouts tal-Marsa).
Tagħrif dwar l-applikazzjoni:
- Mhux possibbli li jsiru ‘bookings’ minn qabel;
- Applikanti jridu jkunu membri tal-partit bl-isħubija għall-2019 (€15) mħallsa;
- L-isħubija tista’ issir online hawn:
http://www.alternattiva.org.mt/membership/register-online/ - L-applikanti se jirrappreżentaw lil AD waqt il-proċess elettorali u għaldaqstant iridu jkunu persuni ta’ min jafda u jorbot fuqhom;
- Mhux possibbli li jintlaqgħu applikazzjonijiet drabi oħra.
- Kull komunikazzjoni dwar il-proċess elettorali għandha ssir fuq l email: adelezzjoni@gmail.com
George Micallef
Responsabbli Proċess Elettorali
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali