Applikazzjonijiet ta’ membri tal-partit li jixtiequ jservu f’isem Alternattiva Demokratika se jintlaqgħu waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ta’ nhar is-Sibt 6 ta’ April 2019 fl-10.45am fil-Waterfront Hotel, Triq Ix-Xatt, Tas-Sliema.
Tagħrif dwar l-applikazzjoni:
- Mhux possibbli li jsiru ‘bookings’ minn qabel;
- Applikanti jridu jkunu membri tal-partit bl-isħubija għall-2019 (€15) mħallsa;
- L-isħubija tista’ issir online hawn:
http://www.alternattiva.org.mt/membership/register-online/ - L-applikanti se jirrappreżentaw lil AD waqt il-proċess elettorali u għaldaqstant iridu jkunu persuni ta’ min jafda u jorbot fuqhom;
- Mhux possibbli li jintlaqgħu applikazzjonijiet drabi oħra.
- Kull komunikazzjoni dwar il-proċess elettorali għandha ssir fuq l email: adelezzjoni@gmail.com
George Micallef
Responsabbli Proċess Elettorali
Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali