Alternattiva Demokratika trid aktar ambizzjoni mill-Viżjoni għal Żvilupp Sostenibbli 2050

Alternattiva Demokratika ppreżentat il-kummenti tagħha dwar il-Viżjoni għal Żvilupp Sostenibbli 2050. Filwaqt li l-partit josserva li hemm attentat għal viżjoni fit-tul, ma nistgħux ma nosservawx li d-dokument mhux ambizzjuż biżżejjed.

Il-kelliem ta’ Alternattiva Demokratika dwar l-enerġija, l-industrija u t-trasport u Segretarju Ġenerali Ralph Cassar qal: “Il-viżjoni setgħet kienet aktar ambizzjuża. Minflok titkellem dwar kif se jintuża l-gass għall-enerġija u għal karozzi fl-2050, il-viżjoni missha tkellmet dwar enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq. Sal-2050 jeħtieġ li ma nkunux niddependu fuq il-gass iżda nkunu lħaqna l-100% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-mira ta’ zero-karbonju. Il-gass jitqies bħala fjuwil ta’ tranzizzjoni minn fjuwil aktar maħmuġ għal eventwalment enerġija totalment nadifa.”

Il-kelliem qal ukoll: “Aħna wkoll diżappuntati bil-mod kif jissemmew setturi oħra. Pereżempju, is-sezzjoni dwar l-edukazzjoni tiffoka fuq li tipprovdi lin-nies b’opportunitajiet edukattivi, biex ittejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. Ovvjament naqblu ma’ aċċess aħjar għall-edukazzjoni, madankollu, nixtiequ naraw lill-ħaddiema kollha li jaqilgħu paga xierqa – il-living wage. Kull xogħol huwa dinjituż u kull ħaddiem ħaqqu kwalità ta’ ħajja aħjar. Mhux ġust li s-suq jitħalla jagħmel profitti minn fuq in-nies mingħajr ma jipprovdilhom dħul xieraq għal ħajja dinjituża.”

Ralph Cassar qal li sfortunatament il-gvern qed jaħdem kontra l-prinċipji ta’ din il-viżjoni. “Il-politika tal-gvern tmur kontra l-miri fil-Viżjoni għal Żvilupp Sostenibbli. Illum qed jitwessgħu t-toroq, qed jitneħħew il-korsiji għar-roti mit-toroq prinċipali, u l-permessi fuq art ODZ qed joħorġu bħal pastizzi. Fl-istess ħin il-gvern jippubblika dokument dwar l-iżvilupp sostenibbli. X’inhu l-punt li jkollok dawn il-pjanijiet fuq il-karta, meta l-gvern lanqas lanqas bissjipprova jsegwihom?”

Ralph Cassar fakkar fil-politika ta’ AD għal Malta żero-karbonju sal-2050. Appella lill-gvern jieħu passi serji u deċiżivi biex din il-mira tintlaħaq. Malta żero-karbonju tfisser kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

***

Alternattiva Demokratika wants more ambition from government’s Sustainable Development Vision 2050

Alternattiva Demokratika recently submitted its views on the government’s Sustainable Development Vision 2050. Whilst the party is pleased that a long term vision is being sought, AD expects a more ambitious approach.

Alternattiva Demokratika spokesperson on energy, industry and transport and Secretary General Ralph Cassar said: “The overall approach in the vision could be a lot more forward looking. By 2050 the country should have moved to a net-zero carbon scenario. Instead of ‘reducing bottlenecks’ and working with gas (LNG) for our energy needs in 2050 the vision should have put the reduction of cars, rather than their conversion to other fuel sources and the transition from depending on LNG to being fully reliant on clean renewable energy as its aim. LNG is a transition fuel – from dirtier fossil fuels, to gas in a transition phase and to 100% renewable energy by 2050.”

Ralph Cassar said: “We are also disappointed with how other sectors are mentioned. For example, the section on education focuses on providing people with educational opportunities, to improve their economic situation. Obviously we agree with better and effective access to education, however, we would also like to see all workers earning a living wage. All workers deserve a dignified and good quality of life.”

“The current government is unfortunately working against the principles of this vision. Government’s policies today go against the approach taken in the Sustainable Development Vision. Today government is widening roads, removing cycle lanes and dishing out ODZ permits like there’s no tomorrow, and yet at the same time the government publishes a document on sustainable development. What is the point of having such plans on paper, when the government doesn’t even attempt to follow through with them?” 

Ralph Cassar reiterated AD’s policy of a zero-carbon Malta by 2050, and called on government to take decisive steps to achieve this aim which will improve the quality of life of all people living in Malta and Gozo.

FacebookEmail