Air Malta: years of vote buying, nepotism and favouritism by the PLPN

While the restructuring of Air Malta has been on the cards for decades one must not forget that it has been the PLPN that have been milking the cow dry, that is Air Malta, without batting an eyelid.

ADPD – The Green Party Secretary General Dr Ralph Cassar said that Air Malta’s predicament has been undoubtedly brought about by the clientelism adopted by the PLPN over many years. “It is condemnable how those who are now preaching what needs to be done about Air Malta have brought the same company to its knees with vote buying, nepotism and favouritism at the expense of public finances and taxes paid by honest workers.”

“It seems that neither Air Malta nor the government have learnt any lessons from the exercise carried some 10 years ago so much so that very few of the conditional measures agreed with the European Union as part of a state aid package have been implemented.”

ADPD – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo said that it is a pity that it is the airline’s employees who have already suffered and will once again carry the brunt of the abuse of power, nepotism and favouritism by the PLPN over many years. “One should also support the position by the Chamber of Commerce and the Malta Employers Association that a serious effort should be made to find private sector employment to those that are leaving Air Malta. The public sector should not be burdened any further.”

***

Air Malta: snin fuq snin ta’ pjaċiri u xiri ta’ voti mill-PLPN

Filwaqt li r-ristrutturar tal-Air Malta ilha inevitabbli għal għexieren ta’ snin ta’ min wieħed ifakkar fl- attitudni tal-PLPN li dejjem użaw l-Air Malta bħala baqra li ħelbulha sal-aħħar qatra ħalib, u baqgħu wieħed wara l-ieħor jaħilbu bl-addoċċ.

Dr Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ ADPD – The Green Party qal li l-qagħda attwali tal-Air Malta hija, iswed fuq l-abjad, riżultat tal-klijenteliżmu sfrenat li mxew bih il-PLPN tul is-snin. “Tal-mistħija kif hawn min jippontifika dwar l-Air Malta meta dawn l-istess nies ġabu l-Air Malta għarkupptejha biex jixtru l-voti u jqassmu l-pjaċiri għas-skapitu tal-finanzi pubbliċi u t-taxxi li jħallsu l-ħaddiema u n-nies onesti.”

“Jidher li mill-eżerċizzju li sar mal-għaxar snin ilu la l-Gvern u lanqas l-Air Malta ma tgħallmu xejn, tant li l-miżuri mifthema mal-Unjoni Ewropea bħala kundizzjonijiet għal għajnuna mill-istat ftit li xejn twettqu minnhom.”

Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo qal li hija ħasra li fl-aħħar mill-aħħar huma l-ħaddiema li diġa ġarrew u jridu jerġgħu jġorru l-piż tal-abbuż ta’ poter u l-pjaċiri li qassmu l-PLPN tul is-snin. “Huwa wkoll f’loku l-punt li sar mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Employers Association li jsir sforz serju biex il-biċċa l-kbira ta’ dawk se jispiċċaw mill-impjieg mal-Air Malta, imorru fis-settur privat. Is-settur pubbliku ma jistgħax jibqa’ jitgħabba aktar.”

FacebookEmail