(Diskors tac-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola fl-gheluq tal-Laqgha Generali Annwali 23/04/16)
Qeghdin nghixu perjodu ta’ krizi f’pajjizna, billi jidher li kull sens ta’ morali u ta’ etika qed jigi mwarrab mill-politika mainstream Maltija.
Ghalhekk, il-prezenza taghkom hawnhekk illum hija importanti ghax tixhed li, f’dan il-mument ta’ krizi ta’ valuri fil-politika mainstream Maltija, ghad hawn min jinteressah jassocja ruhu ma’ partit bhall-Alternattiva Demokratika, li dejjem mexxa ‘l quddiem il-valuri ta’ politika nadifa, konsistenti u kredibbli.
Haddiehor, minn Kastilja u mill-Parlament, qisu qed jinsa kull sens ta’ etika u morali li ghandhom jikkaratterizzaw il-politika u qed imexxi biss il-valuri ta’ dinja materjalistika, ibbazata fuq il-kommodifikazzjoni ta’ kollox –mill-art skarsa taghna ghall-isptarijiet taghna, mill-kosta prezzjuza taghna sac-cittadinanza Maltija,
Ahna minflok nibqghu nsostnu l-valuri bazici ta’ politika b’wicc uman, li – ghall-kuntrarju ta’ min mohhu biss biex jibni u jispekula fuq kull bicca roqgha art li ghandna fil-pajjiz jew li jipprova jiftah kumpaniji fil-Panama u kontijiet fil-banek offshore ta’ madwar id-dinja – jipprova jtejjeb il- walita’ tal-hajja ta’ min hu l-aktar batut, ta’ dawk il-pensjonanti, il-persuni b’dizabilita’, il-haddiema u l-impjegati normali, li bil-pagi u l-allowances mizeri li jircievu ma jwasslux sal-ahhar tax-xahar.
Ghalhekk, nixtieq nirringrazzjakom talli gejtu llum ghal din il-laqgha, ghaliex bil-prezenza taghkom qed turu li ghad hawn bosta nies f’Malta, li ghad ghandhom ghal qalbhom l-valuri tas-solidarjieta’, tat-tqassim gust tal-gid kollettiv, tal-ugwaljanza, tal-meritokrazja u ta’ governanza korretta u onesta li thares il-benessri tal-kollettivita’ u mhux il-vantaggi specjali ta’ xi individwi partikolari.
Fl-ahhar gimghat kien hawn interess gdid u diskussjoni pubblika dwar il-htiega ta’ demm politiku gdid fil-parlament Malti. Bosta bdew jitkellmu, b’mod impreciz, dwar il-htiega ta’ tielet partit.
Nghid, b’mod impreciz, ghax it-tielet partit, l-Alternattiva Demokratika, ilu hemm, ilu 27 sena. Dak li n-nies issa qed ihossu verament il-bzonn tieghu llum huwa t-tielet partit fil-parlament Malti. Specjalment issa fil-kuntest fejn kemm il-labour kif ukoll il-PN gew ippruvati ghal bosta snin fil-gvern, u t-tnejn li huma wrew li jipprietkaw mod qabel elezzjoni u fl-oppozizzjoni, u jaghmlu mod iehor kif jitilghu fil-gvern.
Politici godda ma jfissrux biss u necessarjament ucuh godda. Wicc gdid mhuwiex necessarjament garanzija ta’ politika gdida u nadifa. Konrad Mizzi, Keith Schembri… dawn gew ipprezentati bhala ucuh godda fil-politika Maltija. Araw daqsxejn ir-rizultat: ucuh godda li wasslu ghall-politika antika fl-aghar aspetti taghha. Dak li jridu n-nies mhumiex ucuh godda imma ucuh godda fil-parlament Malti, politici li huma kredibbli u konsistenti f’dak li jghidu bil-paroli u li jaghmlu bil-fatti.
Jiena wicc qadim fil-politika bhalma huma Carmel, Mario, Michael, Ralph u ohrajn. Imma xorta wahda nistghu nharsu lejn l-elettorat b’wiccna minn quddiem u b’rasna merfugha ghaliex ahna qatt ma weghedna dak li ma nistghux inwettqu u dejjem wettaqna dak li ahna weghedna.
Ahna ma nghalaqniex f’torrijiet tal-avorju u bqajna f’kuntatt mal-grassroots ghax nghixu maghhom kuljum. Ahna fil politika hdimna senza interessi ghal dawn is snin kollha.
Ahna generazzjoni ta’ politici li nemmnu li l-kredibilita’ politika tista’ tirbahha biss billi ggib ruhek b’mod konsistenti. U ghalhekk l-affarijiet ahna dejjem semmejnihom b’isimhom, qatt ma kkompromettejna l-valuri taghna ghall-voti u meta kellna nghidu li Montekristo illegali ghidnih; meta kellna nghidu li l-Armier misruq ghidnih; meta stqarrejna li art ODZ ma tridx tintmess ghidnih b’konsistenza u mhux biss meta qablilna biex nakkwistaw xi vot.
Nahseb li l-maggoranza tal-Maltin jirrikonoxxu din l-onesta’ intellettwali tal-Alternattiva Demokratika tul is-snin u japprezzawha. Imma dana wahdu mhux bizzejjed biex jiggarantixxi success elettorali lill-AD.
Fil-kuntest attwali, ser ikun hawn ohrajn li jithajru jwaqqfu partiti godda, u allura il-kompetizzjoni ghall-vot tan-nies ser tikber. Irridu noqoghdu attenti ghal dak li jkun qed jgri madwarna, imma ma rridux lanqas nirrinuncjaw ghall-principji bazici taghna fil-kilba ghall-voti.
Lesti ghalhekk nahdmu ma’ min ihaddan principji ghalina fundamentali bhalma huma: l-valuri tal-anti razzizmu u tal-anti-xenofobija; il-valuri kritici imma decizament pro-Ewropejistici; il –valuri ambjentali; il-principji ta’ buon governanza, id-drittijiet civili.
Naturalment, ma nistghux ninjoraw dak li qed jigri madwarna f’dak li ghandu x’jaqsam mal-buon governanza. Qeghdin nghixu f’pajjiz fejn il-politici qed jaghtu l-messagg li no problem li tiehu safra rigal biex tara loghba football, fejn no problem li jibnulek kamra tal-banju jew CCTV b’xejn; li normali li tmur tghix Porto Maso u thallas il-kera sena wara, li normali thallas x-xoghliiet li jsiru f’darek hames snin wara.
Ghiduli intom, minn minnkom igib plumber, gardinar jew electrician id-dar u dana jghidlek: “u issa hallasni hames snin ohra. Ok siehbi.”
Imma, waqt li per ezempju, il-Partit Socjal Demokratiku Finlandiz nehha l-kontijiet kollha tieghu minn Bank ghaliex dana kien fetah kontijiet il-Panama ghall-klijenti tieghu, ahna qeghdin nghixu f’Malta fejn li politiku jiftah kumpanija sigrieta l-Panama tigi pprezentata bhala haga normali. Imma nahseb li fuq dan il-Prim Ministru qed jarralu: in-nies xebghu.
Hemm min jghidlek: ejja nieqfu nitkellmu dwar il-Panama. Ghall-kuntrarju, jiena nahseb li jista’ jkollna escalation dwar Panamagate. Fil-jiem li gejjin ser johorgu l-ismijiet tas-676 kumpanija sigrieta b’konnessjoni Maltija fil-Panama.
Ma ghandux ikun hemm l-ebda isem gdid ta’ politici. Izda ser ikun hemm l-isem ta’ xi nies fil-business li b’xi mod huma assocjati ma’ politici jew mal-ghoti ta’ xi tenders tal-gvern? Nistennew u naraw.
F’certu punt, imbaghad, ser johorgu r-rizultati tal-Inkjesta mmexxija minn Giovanni Bonello dwar il-konnessjonijiet bejn Adrian Hillman tat-Times u Keith Schembri. Din hija inkjesta privata. Ser tigi ppubblikata? Ser inkunu nafu kienx hemm verament tixhim f’dan il-kaz? Jekk kienx hemm nies ohra mit-Times involuti? Naraw.
Sadattant ukoll ser tibda l-inkjesta tal-Kumitat Parlamentari Ewropew dwar Panamagate. Konrad Mizzi u Keith Schembri ser ikollhom jaghtu x-xhieda taghhom quddiem dan il-kumitat?
Imbaghad , tmien xhur ohra, Malta ser tiehu that idejha il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ghal sitt xhur shah. Tahsbu li l-politici tal-UE ser ikunu kuntenti jaraw lil Konrad Mizzi u Keith Schembri jkollhom pozizzjonijiet ta’ leadership krucjali u sensittivi matul dawn is-sitt xhur ta’ Presidenza?
Jiena nittama li l-maggoranza tal-Maltin jahsbu b’rashom u jafu li d-degradazzjoni morali li fiha waqghet il-politika Maltija qed taghmel hsara lil pajjizna. In-nies onesti Maltin, dawk li jippretendu konsistenza u kredibbilta’ minn min imexxihom, ser jieqfu lil min wassal il-pajjiz f’dan l-istat.
Is-Socjeta Civili Maltija ser issemma’ lehinha b’mod qawwi. U ahna tal-Alternattiva ma nistghux ma nappoggawx bi hgarna din il-karba ghall-gustizzja u ghall-imgiba etikament korretta min-naha tal-politici.
Huwa ghalhekk li nheggu lil kulmin ghandu ghal qalbu l-gid komuni ta’ pajjizna biex nhar is-Sibt, 7 ta’ Mejju, fl-10 am jinghaqad mas-socjeta’ civili Maltija l-Belt biex lkoll flimkien nghollu lehinna u nghajtu “Issa daqshekk. Pajjizna jixraqlu ahjar. U ser nirbhu… ghax is-sewwa jirbah zgur.