AECs u staff tal-għadd Elezzjoni 2013

AVVIŻ : AECs u staff tal-għadd – Elezzjoni Ġenerali 2013

Alternattiva Demokratika se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali, bħal dejjem fuq KULL distrett.

Bħalissa qed nippreparaw biex ninnominaw Assistenti Kummissarji Elettorali (AECs) u staff tal-għadd tal-voti (counting staff) għall-elezzjoni tal-2013.

Bħas-soltu membri ta’ AD jingħataw preferenza (sħubija tista’ titħallas meta tissejjaħ biex timla l-formoli meħtieġa). Min mhux membru jintalab donazzjoni biex jitħallsu ftit mill-ispejjeż kbar li jkollu l-partit, speċjalment f’kampanji elettorali. AD tirriżerva d-dritt lil min tagħżel biex jirrapreżentaha fil-proċess elettorali. Persuni li applikaw, membri jew attivisti ta’ partiti oħra ma jkunux aċċettati bħala rappreżentanti ta’ AD.

Il-POST, d-DATA u ĦINIJIET biex isiru l-applikazzjonijiet joħorġu permezz tal-email u avviżi fuq is-sit ww.alternattiva.org.mt, fuq il-lista tal-email http://groups.yahoo.com/group/Alternattiva/ u fuq il-paġni tal-facebook tal-partit fosthom il-paġna ġdida http://www.facebook.com/alternattiva.

Min jixtieq iservi bħala AEC jew ‘counting staff’ jista’ minn issa jibgħat email b’ismu, n-numru tat-telefon u n-numru tal-karta tal-identita fuq dan l-indirizz BISS: adelezzjoni@gmail.com. Il-persuni inkarigati jikkuntattjawkom huma permezz tal-email bid-dettalji ta’ kif u fejn tapplikaw META L-KUMMISSJONI ELETTORALI TOĦROĠ IL-FORMOLI UFFIĊĊJALI. Kif spjegat aktar ‘l fuq avviżi joħorġu wkoll fuq http://groups.yahoo.com/group/Alternattiva/ u http://www.facebook.com/alternattiva.

Ralph Cassar
Segretarju Ġenerali
Alternattiva Demokratika – The Green Party

FacebookEmail