ADŻ fully supports KNŻ’s (the National Youth Council) demand for parliament to declare a climate emergency. The human species (and many other species) are currently facing one the biggest crises in their history. We need mass mobilization NOW – without firther delay. Having a ‘business as usual’ policy is completely unacceptable. Politicians are trusted by the people for their wellbeing and the willful ignorance of some of them of the ongoing climate catastrophe amounts to a crime against humanity.
Samuel Muscat from ADŻ said: “Six nations, several municipalities and local councils have already declared a climate emergency. The Mediterranean region (including Malta) is expected to suffer worse droughts and more severe storms besides ocean acidification and rising sea levels. Let Malta be a leader in the fight against climate change by declaring a climate emergency and serve as an example to the rest of the world. Let’s move from nice words to real and immediate action. Let’s work to secure our future; there is so much to gain especially for young people.”
***
Alternattiva Demokratika Żgħażagħ tappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex il-Parlament jiddikjara Emergenza tal-Klima
Alternattiva Demokratika Żgħażagħ tappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ biex il-parlament ta’ Malta jiddikjara Emergenza tal-Klima. Is-speċi umana (u ħafna oħrajn) qed tiffaċja waħda mill-akbar kriżijiet fl-istorja tagħha. Għandna bżonn bidla profonda ISSA. Li nkomplu għaddejjin b’attitudni ta’ xejn m’hu xejn mhux aċċettabli. Il-politċi fil-Parlament huma fdati mill-poplu biex jiżguraw is-saħħa u l-għixien tagħhom u t-traskuraġni volontarja tagħhom tal-kriżi fil-klima li għaddeja bħalissa hija waħda mill-ikbar thedidiet għal bendmin u għall-bijodiversita.
Samuel Muscat minn ADŻ qal: “Sitt pajjiżi, ħafna iktar ibliet u kunsilli lokali diġa iddikjaraw Emergenza tal-Klima. Ir-reġjun tal-Mediterran (inkluż Malta) hu mistenni li jsofri min-nixfa akbar u maltemp aktar kiefer, dan barra ż-żieda ta’ aċidità tal-baħar u wkoll żieda fil-livell tal-baħar. Ejja aħna lkoll bħala Malta nieħdu l- inizjattiva fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima billi l-Parlament jiddikjara Emergenza tal-Klima u nkunu ta’ eżemplu għall-bqija tad-dinja biex mill-paroli naslu għal azzjoni konkreta. Ejja naħdmu flimkien biex niżguraw il-futur tagħna; hemm wisq x’nistgħu niggwadanjaw, specjalment għaż-żgħażagħ.”