This morning the Executive Committee of ADPD – The Green Party approved a resolution about abortion in response to the initiative of MP Marlene Farrugia in Parliament earlier this week.
The Maltese legislation on abortion is not fit for purpose. It needs to be brought up to date after more than 160 years. It requires to be brought in line with medical and scientific progress over the years.
The resolution was presented for the consideration of the Executive Committee by Party Chairperson Carmel Cacopardo. It is the result of an internal party debate ongoing for the past three years.
The resolution, which is annexed, supports the decriminalisation, limited to the woman subject to abortion, and emphasises that abortion should not be normalised but that it should be limited to specific and extraordinary circumstances. Three such circumstances are identified, namely when the life of the pregnant woman is in danger, when a pregnancy is the result of violence (rape and incest) and when faced with a pregnancy which is not viable.
There is an urgent need for more emphasis on reproductive and sexual health education at all levels of our educational structures. We need to reinforce responsible behaviour in particular from males.
The party is available and willing to participate in dialogue with civil society possibly to identify a consensual approach to the required reforms.
***
Il-pożizzjoni ta’ ADPD fuq l-abort
Dalgħodu l-Kumitat Eżekuttiv ta’ ADPD approva riżoluzzjoni dwar l-abort u dan fil-kuntest tal-proposta ippreżentata mill-Membru Parlamentari Marlene Farrugia fil-Parlament.
Il-liġi Maltija li tirregola l-abort teħtieġ li tkun aġġornata maż-żminijiet. Għadha sostanzjalment kif inkitbet madwar 160 sena ilu u mhix aġġornata mal-iżviluppi mediċi u xjentifiċi li seħħew tul dan iż-żmien kollu.
Ir-riżoluzzjoni li tressqet għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv miċ-Chairperson Carmel Cacopardo, hi riżultat ta’ diskussjoni interna fil-partit li ilha għaddejja iktar minn tliet snin.
Ir-riżoluzzjoni, li hi annessa, hi favur id-dikriminalizzazzjoni fil-konfront tal-mara li fuqha jsir l-abort. L-abort, tgħid ir-riżoluzzjoni, m’għandux ikun normalizzat imma għandu jkun possibli f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Huma identifikati tliet ċirkustanzi u ċjoe meta l-ħajja tal-mara tqila tkun fil-periklu, fil-każ ta’ tqala sfurzata bi vjolenza (stupru u inċest) u meta t-tqala ma tkunx strettament vijabbli.
Hemm ħtieġa urġenti li issir emfasi dejjem ikbar fuq l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u reproduttiva fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva u dan biex ikun imsaħħaħ is-sens ta’ responsabbiltà ta’ kulħadd, partikolarment tal-irġiel.
Il-partit huwa disponibbli li jipparteċipa fi djalogu mas-soċjetà ċivili biex possibilment jintlaħaq kunsens dwar ir-riforma meħtiega.