ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci welcomed the new executive committee and rebrand of ADPD’s youth wing – Kollettiv Żgħażagħ Ekoxellugin. The youth wing, formerly ADŻ – Alternattiva Demokratika Żgħażagħ, voted on their new name, updated statutes, and executive committee at an Annual General Meeting held in Floriana on the 29th August.
Executive member of KŻE – Kollettiv Żgħażagħ Ekoxellugin, Samuel Vella said “KŻE will work to engage more young people in local green politics and work in synergy with ADPD on environmental and progressive issues. KŻE or “Collective of Young EcoLeftists” is a space for collective activism and politics, where we as young people who are politically green and left can collectively work to bring change to Malta. I urge all youth who are fed up with the two-party system to join us.
Sandra Gauci commented “ADPD looks forward to working with KŻE and we thank these young people for stepping up to lead our youth wing. I am sure that KŻE will not only represent a youth voice within local Green politics, but push us as a party to be the best that we can be. Their ideas, contributions, and approach to collective work is very welcome within the party.”
The members of the executive committee are Samuel Vella, Luca Axisa, Axel Grima, Shannon Hogan, Samuel Muscat, and Jake Sant.
***
ADPD tilqa’ l-membri eżekuttivi ġodda eletti tal-fergħa żgħażagħ – Kollettiv Żgħażagħ Ekoxellugin
ċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci laqgħet il-kumitat eżekuttiv ġdid u l-marka ġdida tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-ADPD – Kollettiv Żgħażagħ Ekoxellugin. Il-fergħa taż-żgħażagħ, li qabel kienet ADŻ – Alternattiva Demokratika Żgħażagħ, ivvutaw fuq l-isem ġdid tagħhom, l-istatut aġġornat, u l-kumitat eżekuttiv ġdid tagħhom f’Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Furjana fid-29 ta’ Awwissu.
Membru Eżekuttiv tal-KŻE – Kollettiv Żgħażagħ Ekoxellugin, Samuel Vella qal “KŻE ser taħdem biex tinvolvi aktar żgħażagħ fil-politika ħadra lokali u taħdem f’sinerġija mal-ADPD fuq kwistjonijiet ambjentali u progressivi. Il-KŻE jew “Collective of Young EcoLeftists” hija spazju għal attiviżmu u politika kolletiva, fejn aħna bħala żgħażagħ li huma politikament ħodor u xellugin nistgħu naħdmu kollettivament biex inġibu l-bidla f’Malta. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha li huma mxebba bis-sistema taż-żewġ partiti biex jingħaqdu magħna.”
Sandra Gauci ikkummentat “L-ADPD tistenna bil-ħerqa li taħdem mal-KŻE u nirringrazzjaw lil dawn iż-żgħażagħ talli ħadu l-inizjattiva biex imexxu l-fergħa taż-żgħażagħ tagħna. Jiena ċerta li l-KŻE mhux biss se tirrappreżenta l-vuċi taż-żgħażagħ fi ħdan il-politika Ħadra lokali, iżda timbuttana bħala partit biex inkunu l-aqwa li nistgħu nkunu. L-ideat, il-kontribuzzjonijiet, u r-rieda tagħhom lejn il-ħidma kollettiva huma milqugħa fi ħdan il-partit.”
Il-membri tal-kumitat eżekuttiv huma Samuel Vella, Luca Axisa, Axel Grima, Shannon Hogan, Samuel Muscat, u Jake Sant.