ADPD – The Green Party commemorates the 46th anniversary of the brutal murder of fifteen year old Karin Grech on the 28th of December 1977. A Green Party delegation consisting of Sandra Gauci, Ralph Cassar and Mario Mallia, today placed flowers on the monument to Karin Grech in San Ġwann.
ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci said that we need to continue to reflect on this and other events because as a country we need to remember the consequences of political violence and what leads to it. “This sad occasion should spur all of us to continue working in favour of the rule of law and remind us of the need for continued dialogue, particularly where there is a clash of ideas”.
Sandra Gauci said that this country still needs to work hard to build strong institutions to nip corruption and abuse of power in the bud. The recent Auditor General’s report documents the lax attitude to good governance prevalent in goverment. Tribalism is a disease which must be cured as soon as possible. It has brought about deep divisions and led to a number of violent incidents. In addition it has strengthened nepotism and clientelism.
This bloody episode together with other episodes we commemorated during the past year – the assassinations of Raymond Caruna and of Daphne Caruna Galizia in particular, in our country’s history belongs to the whole country. “We need clear messages that our country is against violence, irrespective to who the victims are”, concluded Gauci.
***
Infakkru l-qtil barbaru ta’ Karin Grech
ADPD – The Green Party jfakkar is-46 sena mill-qtil brutali ta’ Karin Grech, tfajla ta’ ħmistax-il sena, fit-28 ta’ Diċembru 1977. Delegazzjoni ta’ ADPD magħmula minn Sandra Gauci, Ralph Cassar u Mario Mallia, poġġew il-fjuri fuq il-mafkar ta’ Karin Grech f’San Ġwann illum.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD Sandra Gauci qalet li għandna nibqgħu nirriflettu fuq dan u episodji oħra ta’ qtil politiku biex pajjiżna jibqa’ jfakkar lilu nnifsu bil-kruha tal-vjolenza politika u dak li jwassal għaliha. “Dawn huma okkazjonijiet li għandhom jixprunaw lilna lkoll biex nibqgħu naħdmu favur is-saltna tad-dritt u l-bżonn ta’ djalogu kontinwu, partikolarment fejn ikun hemm skontru ta’ ideat” sostniet Gauci.
Hija fakkaret ukoll fil-bżonn ta’ istituzzjonijiet li jissorveljaw lil xulxin biex il-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter ikunu dejjem imxekkla. Ir-rapport riċenti tal-Awditur Ġenerali jiddokumenta l-attitudni laxka tal-gvern lejn governanza tajba. Għad hawn bżonn urġenti li jitnaqqas it-tribaliżmu bejn l-Aħmar u l-Blu li storikament ġab qasma u vjolenza fuq skala nazzjonali. It-tribaliżmu nissel sistema ta’ nepotiżmu, klijenteliżmu u anke vjolenza.
Dan l-episodju mdemmi fl-istorja ta’ pajjiżna, flimkien ma’ episodji oħra li kkomemorajna tul is-sena, il-qtil ta’ Raymond Caruana u l-assassinju ta’ Daphne Caruna Galizia, jappartjenu lill-pajjiż u ‘l-poplu Malti kollu. “Hemm bżonn sinjali ċari u sostnuti minn kulħadd li pajjiżna huwa kontra l-vjolenza tiġi minn fejn tiġi u tolqot lil min tolqot”, temmet tgħid Gauci.