“The political broadcast schedule for Election 2022 proposed by the Broadcasting Authority ignores the fact that the PN and the PL have their own radio and TV stations. This should be taken in consideration in the allocation of the broadcasts to ADPD. If this is not, then ADPD will continue to suffer from the imbalance in airtime allocated to ADPD even during the electoral campaign.”
ADPD – The Green Party, Chairperson, Carmel Cacopardo in a letter to the Broadcasting Authority this morning noted that once again ADPD has not been scheduled to debate the major parties. He said this was a lacuna that needed to be remedied with debates with both the PN and the PL.
Considering that the airtime allocated to ADPD was already very limited the party called for greater flexibility in the way it can be used and that this is increased. ADPD also called for number of measures to address the imbalance created by the fact that PLPN own their own stations.
ADPD is therefore requesting the Broadcast Authority:
- that any of the party’s spokesperson can represent it in these broadcasts;
- more flexibility in the use of the allocated airtime;
- increase in the airtime for advertising spots;
- more airtime on PBS;
- that ADPD advertising spots are broadcast on ONE and NET;
- that it also features in programmes on ONE and NET.
ADPD media spokesperson and candidate Brian Decelis said these measures alone will not negate the years of imbalance created by the PLPN stations but will somewhat help its message for a cleaner way of doing politics to reach all the electorate.
***
ADPD titlob trattament ġust fl-iskeda ta’ xandiriet politiċi għall-Elezzjoni
“L-iskeda ta’ xandiriet politiċi għall-Elezzjoni 2022 proposta mill-Awtorità tax-Xandir tinjora l-fatt li kemm il-PN kif ukoll il-PL għandhom stazzjon tar-radju u ieħor tat-TV kull wieħed. Aħna jidhrilna li dan għandu jittieħed in konsiderazzjoni fil-mod kif jitqassam il-ħin. Jekk dan ma jsirx l-iżbilanċ kontinwu li nsofru minnu ser jibqa’ għaddej anke waqt il-kampanja elettorali.”
Dan kitbu iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party, Carmel Cacopardo, f’ittra lill-Awtorità dalgħodu.
Fl-ittra tiegħu Cacopardo innota li għal darb’oħra ma hemm l-ebda dibattitu skedat bejn ADPD u l-partiti kbar. Dan hu ħażin u għandu jkun rimedjat bil-possibilità ta’ dibattiti kemm mal-PN kif ukoll mal-PL.
Fl-istess waqt, fid-dawl tal-fatt li l-ħin allokat lill-ADPD hu żgħir ġie propost li tingħata aktar flessibilità kif jkun jista’ jiġi użat dak propost kif ukoll li dan jiżdied. Intalbu ukoll numru ta’ miżuri li jindirizzaw l-iżbilanċ għall-fatt li l-partiti l-kbar għandhom l-istazzjonijiet tagħhom.
L-ADPD għalhekk talbet lill-Awtorità tax-Xandir biex:
- tkun tista’ tibgħat kwalunkwe persuna f’isem il-partit għal dawn ix-xandiriet;
- tingħata iktar flessibilità kif jintuża il-ħin allokat;
- il-ħin ta’ spots politiċi jiżdied;
- tingħata aktar ħin fuq l-istazzjon nazzjonali;
- l-iSpots politiċi tal-ADPD għandhom jixxandru fuq ONE u NET ukoll;
- tingħata xandiriet fuq ONE u NET bħal dawk fuq l-istazzjon nazzjonali.
Il-kelliem għall-media u kandidat tal-ADPD Brian Decelis qal li dawn il-miżuri mhumiex sejrin iħassru s-snin ta’ żbilanċ fix-xandir miksub bis-saħħa ta’ l-istazzjonijiet tal-PLPN imma jkunu ta’ ftit għajnuna biex il-messaġġ tal-ADPD għal politika iktar nadifa jitwassal lill-elettorat.