During a debate on education, Mario Mallia, AD Spokesperson on Education said that AD was among the first to support the reforms in education launched four years ago. This is because AD always believed that children and their needs should be given priority over exams which divide and exclude children. AD also supported the college system which brought together schools that before used to operate in isolation while giving the opportunity of educational continuity from primary to secondary.
The health and safety of our children should take precedence over all other considerations.
***
AD tipprezenta l-proposti fuq l-edukazzjoni
Madanakollu, tħoss li wara numru ta’ snin ta’ ħidma, hemm bżonn ta’evalwazzjoni ġenerai tas-sistema. Fuq it-tħaddim tal-kulleġġi, is-Sur Mallia qal li huwa evidenti li l-kulleġġi ħolqu burokrazija ġdida li qed twassal biex id-distakk bejn l-għalliema fl-iskejjel u ċ-ċentru tiżdied. L-AD tinsab imħassba ukoll fuq il-fatt li ħafna mill-iskejjel li qed jinbnew huma kbar wisq biex ikunu jistgħu jagħtu attenzjoni individwali lit-tfal. L-AD tħoss li id-daqs tal-iskejjel jagħmlu differenza fil-livell ta’ harsien tat-tfal kif ukoll fuq is-sens ta’ sigurta` tagħhom li tant huwa important biex it-tagħlim ikun jista’ jsir kif jixraq.
Fuq il-Kurrikulu Nazzjonali li qed jiġi propost, l-AD tixtieq li tirriżerva li tikkummenta fi stadju ieħor. Fl-istess ħin, taqbel mal-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li ġie mniedi. Madanakollu, AD tħoss li b’kuntrast għal dan, il-kurrikula ġodda fl-ewwel sena tas-sekondarja ġew imbella’ lill-għalliema mingħajr konsultazzjoni xierqa . L-AD tħoss li ma kienx għaqli li kurrikulu li tlesta f’Lulju li għadda jingħata bl-għaġġla lill-għalliema fl-iskejjel statali biex jattwawh fil-bidu ta’ din is-sena skolastika stess. L-AD tħoss li l-għalliema jixirqilhom ikunu mismugħa ħafna iktar biex is-sens ta’ professjonalita` tagħhom u l-ispirtu tar-riforma jiġu rispettati.
L-Alternattiva Demokratika esprimiet ukoll it-tħassib tagħha għal fatt li l-eżerċizzju tal-benchmarking fl-aħħar tal-Year 6 qed jintuża biex jagħżel lit-tfal f’tracks differenti minn eta` zgħira. Tħoss li b’dan il-mod, il-mentalita` ta’ selezzjoni tat-tfal bil-konsegwenzi kollha tagħha li tant ikkritikajna fis-sistema antika, tibqa’ b’saħħitha.
Il-kelliem semma ukoll il-bżonn li jiġi rivedut il-ħsieb wara is-Secondary School Certificate li issa intrabat mal-Qafas Nazzjonali għall-Kwalifiki. L-AD tħoss li kien pożittiv li tingħata importanza wkoll lill-edukazzjoni informali u non-formali. Fl-istess waqt tħoss li l-fissazzjoni li kollox jiġi mkejjel u mogħti l-marki, qed jiżvantaġġja numru sostanzjali ta’ tfal. Fost oħrajn, attivitajiet edukattivi mhux qed jiġu kkunsidrati jekk ma jiġux iċċertifikati minn min joffri servizz. Is-Sur Mallia staqsa x’ser jiġri minn dawk l-istudenti li jattendu attivitajiet organizzati minn persuni li qed jirrifjutaw li jirreġistraw mad-Direttorat. Mhuwiex ġust li minħabba miżura bħal din ibatu l-istudenti. L-AD tħoss li dawn id-diffikultajiet u żvantaġġi jitneħħew jekk kemm-il darba dan iċ-ċertifikat jieħu l-forma ta’ portfolio ta’ esperjenzi iktar milli eżerċizzju ta’ kontijiet numeriċi.
Fuq ir-riċerka fl-iskejjel l-AD tħoss li filwaqt li tajjeb li żdiedet,din għadha wisq iċċentralizzata u ddettata minn surveys internazzjonali. Iktar minn hekk, dak li qed joħroġ minn din ir-riċerka mhux qed jasal għand l-iskejjel invidwali biex ikunu jistgħu jieħdu passi ħalli jtejbu is-servizzi li joffru. Dan ifisser deċiżjonijiet iktar ċentralizzati. AD tħoss il-bżonn li titnieda riċerka biex nifhmu iktar ir-raġunijiet għala is-subien qed imorru agħar mill-bniet fl-iskola. Dan għandu jiġi diskuss fl-isfont tal-bżonn li fl-edukazzjoni maltija ikollna Gender Policy nazzjonali li tindirizza l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-edukazzjoni kif ukoll fuq kif it-tfal tagħna nistgħu nedukawhom aħjar biex l-inugwaljanzi bejn is-sessi fis-soċjeta` jonqsu. Ma dan l-aspett ta’ ġustizzja, il-kelliem tal-AD tenna l-bżonn ukoll ta’ sforz viżibbli biex tfal ta’ minoritajiet etniċi differenti jiġu milħuqa aħjar. Dan jimplika il-bżonn ta’ informazzjoni, koordinazzjoni u taħriġ biex l-edukazzjoni tkun mezz veru ta’ inklużjoni għal dawn it-tfal.
Fl-aħħar nett, b’reazzjoni għal dak li ġara fl-aħħar xhur fil-każ ta’ tfal li kienu qed jittieħdu l-iskola kmieni u jiġu mitluqa quddiem il-kanċelli magħluqin, il-kelliem ħeġġeġ għat-twaqqif ta’ kumitat li jevalwa is-sitwazzjoni b’mod nazzjonali u jressaq rakkomandazzjonijiet li bihom kull settur, inkluż dak tat-trasport, jerfa’ ir-responsabbiltajiet tiegħu. Il-passi li ttieħdu taffew mis-sitwazzjoni fl-iskola partikolari li fiha ġraw imma m’għamlu xejn biex taffew il-problema ta’ tfal li qed jaslu kmieni ħafna fl-iskejjel tagħhom bir-riskji kollha li dan iġib miegħu.
Is-saħħa u s-sigurta` tat-tfal tagħna għandha tiġi qabel kull konsiderazzjoni oħra.