Alternattiva Demokratika Chairperson Carmel Cacopardo today led a party delegation on a courtesy visit to the President of the Republic Dr George Vella at San Anton Palace in Attard. Mario Mallia (Deputy Chairperson), Ralph Cassar (Secretary General) and Executive Committee members Donal Kelly and Mina Tolu, accompanied Carmel Cacopardo.
During the visit Carmel Cacopardo presented a document with Alternattiva Demokratika’s proposals for constitutional reform.
The document includes 31 proposals for reform.
The main proposals are on:
- the strengthening of parliamentary democracy;
- the reform of the electoral system to make it more representative;
- the appointment and responsibilities of the President of the Republic;
- Constitutional bodies and their relationship with Parliament;
- the public service and positions of trust;
- the rule of law;
- religion in the Constitution;
- broadcasting;
- subsidiarity;
- appointments to the judiciary;
- digital rights;
- strengthening of the roles of the Ombudsman and the Auditor General;
- the constitutional right of propositive referenda;
- the declaration of principles in the Constitution.
Alternattiva Demokratika proposes that after the text for the agreed and reformed constitution is finalised, the reformed constitution should be voted on by the voters in a referendum
***
AD tippreżenta l-proposti tagħha għar-riforma kostituzzjonali
Delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika immexxija minn Carmel Cacopardo, Chairperson, u komposta ukoll minn Mario Mallia (Deputat Chairperson), Ralph Cassar (Segretarju Ġenerali), kif ukoll il-membri tal-Eżekuttiv, Donal Kelly u Mina Tolu, għamlet żjara ta’ kortesija lill President tar-Repubblika Dr George Vella fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard.
F’din il-laqgħa Carmel Cacopardo għadda lill-President tar-Repubblika kopja ta’ dokument bil-proposti ta’ Alternattiva Demokratika dwar ir-riforma kostituzzjonali li għandha tissejjaħ fil-futur qarib.
Id-dokument ta’ Alternattiva Demokratika fih 31 proposta.
Iktar tard, wara ż-żjara lill-President tar-Repubblika, il-proposti ta’ Alternattiva Demokratika kienu rilaxxjati lill-istampa.
Il-proposti ewlenin ta’ Alternattiva Demokratika huma dwar:
- It-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari;
- Ir-riforma tas-sistema elettorali f’waħda iktar rappreżentattiva;
- Il-ħatra u r-responsabbilitajiet tal-President tar-Repubblika;
- Il-korpi kostituzzjonali f’sintonija mal-Parlament;
- Is-servizz pubbliku, inkluż il-kontroll fuq il-ħatriet politiċi (positions of trust);
- Is-saltna tad-dritt;
- Ir-reliġjon fil-Kostituzzjoni;
- Ix-Xandir;
- Is-sussidjarjetà;
- Il-ħatra tal-ġudikatura;
- Id-drittijiet diġitali;
- L-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali – tisħiħ tal-karigi;
- L-introduzzjoni ta’ referendum propożittiv;
- Il-linji gwida tal-kostituzzjoni: kuxjenza li tagħti direzzjoni.
Alternattiva Demokratika jidhrilha li fl-aħħar il-Kostituzzjoni li jkun hemm qbil dwarha għandha tkun sottomessa għal approvazzjoni popolari permezz ta’ referendum.