Alternattiva Demokratika spokesperson on industry, energy and transport Ralph Cassar expressed solidarity with hundreds of workers facing the sack at the profitable pharmaceutical manufacturing company Actavis.
“The layoffs by Actavis’s new owners Teva is proof of the damaging effects of a globalisation based on greed. It is yet another example which shows the urgent need for EU governments, the EU Parliament and national parliaments to come together and collectively regulate the runaway neoliberal system in which huge short term profits and shareholder value come before social responsibility and the just distribution of wealth.”
“We are not talking of a company which is facing difficulties. We are not talking of a company which is making losses. Actavis consistently makes huge profits. What we are seeing here is a game of Russian roulette on the stock markets at the expense of the livelihood of workers. Teva’s consolidation’ is just another excuse to make the super rich richer. It is high time that governments and the Socialist-Popular-Liberal grand coalition in the European Parliament stop blocking EU-wide measures such as the Tobin Tax, and other measures which put the brakes on corporate greed at the expense of society.”
***
Tkeċċija ta’ ħaddiema minn Actavis – globalizzazzjoni fl-agħar tagħha
Il-kelliem ta’ Alternattiva Demokratika dwar l-industrija, l-enerġija u t-trasport Ralph Cassar esprima solidarjetà ma’ mijiet ta’ ħaddiema tal-kumpanija profittabbli Actavis li qed jiffaċċjaw it-tkeċċija.
“It-tkeċċija tal-ħaddiema mis-sidien ġodda tal-Actavis, Teva, hija prova oħra tal-ħsara kbira tal-globalizzazzjoni neoliberali. Hija prova ohra tal-ħtieġa urġenti li l-gvernijiet tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali flimkien u kollettivament jirregolaw is-sistema selvaġġa neoliberali li tiffoka fuq profitti enormi ta’ malajr u li zzid il-valur għall-azzjonisti għas-skapitu tas-soċjeta’ u t-tqassim ġust tal-ġid.”
“Mhux qed nitkellmu fuq kumpanija li qed tiffaċċja diffikultajiet. Mhux qed nitkellmu fuq kumpanija li qed tagħmel it-telf. Actavis konsistentament tagħmel profitti kbar. Dak li qed naraw hija logħba tal-azzard fuq is-swieq internazzjonali għas-skapitu tal-ħaddiema. Il-‘konsolidazzjoni’ hija biss skuza oħra biex is-sinjuruni isiru super sinjuruni. Wasal iż-żmien li l-gvernijiet u l-koalizzjoni Soċjalista-Popolari-Liberali fil-Parlament Ewropew jieqfu jimblukkaw miżuri fl-UE bħat-Taxxa Tobin, u miżuri oħra li jpoġġu l-brejkijiet fuq ir-regħba korporattiva għad-detriment tas-soċjetà.”