A shame that PN does not want a fair deal.

The AD officials who were involved in negotiations regarding a pre-electoral alliance with the PN, Chairperson Arnold Cassola, Deputy Chairperson Carmel Cacopardo, Seretary General Ralph Cassar and executive member Mario Mallia are making the following statement:

We have just read in the media that the PN has decided that it is not possible for it to come to an agreement with AD on a pre-electoral alliance, on different terms than those already agreed with the Democratic Party.

This is unfortunate because the Green Party’s proposals are based on respect for the political diversity in the alliance and to make sure that the PN does not use the alliance simply for arithmetical purposes but to bring real change in the country.

It is also unfortunate that the PN was unable to keep the interests of the country before those of the party. As a consequence the PN must now bear the responsibility of giving Joseph Muscat and the delinquents around him the possibility of another five years in office.

AD is releasing the document which it passed on to PN last Friday with its proposals for a pre-electoral alliance.


Ħasra li l-PN ma jridx ftehim ġust

L-uffiċċjali ta’ AD inkarigati minn negozjati mal-PN, iċ-Chairperson Arnold Cassola, d-Deputat Chairperson Carmel Cacopardo, s-Segretarju Ġenerali Ralph Cassar u l-membru tal-eżekuttiv Mario Mallia qed joħorġu l-istqarrija segwenti:

Għadna kif qrajna fil-media li l-PN iddeċieda li mhux possibli għalih li jiftiehem ma’ Alternattiva Demokratika dwar il-ħolqien ta’ alleanza pre-elettorali u dan minħabba li jħossu marbut ma dak li diġa ftiehem mal-Partit Demokratiku.

Din hi ħasra għax l-insistenza ta’ Alternattiva Demokratika kienet waħda ibbażata fuq rispett tad-diversità politika, kif ukoll fuq il-ħtieġa li l-PN ma jużax l-alleanza sempliċiment għal skop aritmetiku imma biex tinġieb bidla reali fil-pajjiż.

Hi ħasra ukoll li l-PN ma kienx kapaċi jara l-interessi tal-pajjiż qabel dawk tal-partit. Bħala konsegwenza il-Partit Nazzjonalista issa jeħtieġ li jerfa’ r-responsabbilta li qed jagħti lil Joseph Muscat u lid-delinkwenti ta’ madwaru l-possibilità ta’ ħames snin oħra fil-Gvern.

Alternattiva Demokratika qed tirrilaxxja d-dokument li għaddiet lil PN nhar il-Ġimgħa li fih il-proposti kollha ta’ AD għall-alleanza pre-elettorali.

FacebookEmail