F’reazzjoni preliminari ghall-Budget 2017, ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, l-Prof. Cassola qal li huwa tajjeb li se jkun hemm zidiet fl-in-work benefits, ghax huwa importanti li persuni bi dhul baxx ihossu li li tahdem jaqbillek.
Pero’ AD jidrilha li min jhaddem persuni b’pagi li mhux adegwati ghal hajja dicenti ghandu jerfa’ r-responbsabbilta’ tieghu. Ghaldaqstant nishqu fuq revizjoni tal-basket tal-paga minima. Dan il-basket ghandu jigi revedut perjodikament biex jirrifletti l-kwalita’ tal-hajja li naspiraw ghaliha. Huwa ta’ ghajb li l-mod kif tigi kalkulata l-paga minima ma nbidilx mis-snin sebghin. Bir-retorika dwar kemm sejra tajjeb l-ekonomija konna nistennew li l-Gvern jaghti kas ir-rapport ta’ dis-sena tal-Caritas. Fuq punt pozittiv, nilqghu z-zidiet fl-ghajnuna ghal persuni b’dizabilita’.
Fil-qasam tal-bini, housing u l-kera, l-incentivi ta’ sussidji fuq il-kera huma tajbin, ghax hawn problema ta’ kirjiet li mhux affordabbli, mhux biss minn dawk bi dhul baxx hafna. Jidhrilna li l-iskema ghal kirjiet affordabbli hija inizjattiva essenzjali. Pero’ nahsbu li l-incentivi mhabbra mhux bizzejjed u hemm ir-riskju li l-incentivi jibqghu biss simbolici u mhux effettivi.
Is-sisa fuq materjal ta’ kostruzzjoni tghin biex din l-industrija taghti xi haga lura lis-socjeta’, anke minhabba l-impatti ta’ zvilupp bla razan tul is-snin. Hawn ukoll AD terga ssejjah ghal moratorju fuq progetti kbar, specjalment f’zoni fejn hemm hafna bini vojt. It-tnaqqis fuq il-boll fuq xiri ta’ propjeta f’Ghawdex irrispettivament minn jekk hux l-ewwel dar jew le jista’ jhajjar aktar zvilupp selvagg u spekulazzjoni li tkompli taghmel hsara lill-kwalita’tal-hajja tal-Ghawdxin.
L-inizjattivi dwar it-trasport pubbliku bhal sena b’xejn ghaz-zghazagh u zieda fil-patrunagg tal-linja huma sinjali pozittivi. Izda l-investiment f’sistemi ta’ transport pubbliku mhux qed ilahhaq mal-problemi kbar bit-traffiku, bit-tniggis u l-gridlock li qed jinholqu fit-toroq. Hemm bzonn zieda fir-ritmu tat-titjib f’sistemi tat-trasport pubbliku. Emfasi fuq junctions u toroq godda jkomplu jitfghu l-melh fuq il-ferita u ma jsolvu xejn. Il-problema vera hija n-numru esagerat ta’ karozzi fit-toroq.
AD terga tishaq fuq infrastruttura u incentivi ghal roti u roti elettrici – xi haga li l-Gvern ghal darba ohra nesa kompletament.
Dwar it-trasport minn Ghawdex, il-weghda ta’ studju fuq fast ferry sac-centru ta’ Malta, servizz li kellu hajja qasira fis-snin disghin mhux bizzejjed. Das-servizz ghandu jinbeda immedjatament, anke ghax inaqqas it-traffiku u -iskarigg tal-passiggieri. Il-Gvern ghandu jieqaf jahli l-flejjes kbar fi studji kontra studji ghal mina u jinvesti f’trasport li jnehhi l-karozzi minn fuq it-toroq billi jwassal in-nies sac-centru ta’ Malta. Ma nistghux nistennew aktar.
AD tawgura li l-incentivi ta’ transport tal-massa ghal kumpaniji privati jkollu l-effett mixtieq. Hemm bzonn li l-Gvern jizgura li anke l-haddiema tieghu juzaw transport tal-massa. B’hekk biss titnaqqas il-problema tat-traffiku.